L-Awtorità tal-Ippjanar ressqet protest ġudizzjarju kontra DB San Ġorġ Property Limited talli l-kumpanija rriklamat il-bejgħ tal-propjetà mingħajr ma kellhom permess għall-bini. Fil-protest ġudizzjarju, l-Awtorità qed tilmenta li l-grupp DB irreklama għall-bejgħ l-propjetà mingħajr ma kellhom l-ebda permess għall-bini f’San Ġiljan. Dan wassal għall-preġudizzju serju u gravi, u tefa’ danni kbar fuq l-Awtorità tal-Ippjannar.
L-Awtorità tal-Ippjannar qiegħda iżżomm lill-grupp DB responsabbli għal kull preġudizzju li soffriet u tista’ ssofri fil-futur minħabba l-għemil tal-grupp DB.