Uffiċjali mid-Direttorat tal-Konformità u l-Inforzar tal-Awtorità tal-Ippjanar, flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija u mill-WasterServ, reġgħu bdew azzjoni diretta fuq scrapyard illegali kbira fix-Xewkija, Għawdex barra miż-żona tal-iżvilupp.
Dan isegwi l-azzjoni diretta, li kienet bdiet l-Awtorità f’Novembru tas-sena l-oħra meta twaqqfet bi proċeduri fil-Qorti b’mandat ta’ inibizzjoni minn min kien qed iwettaq l-illegalità.
Wara li l-irtirar tal-istess mandat, il-persuna responsabbli impenjat ruħha biex tneħħi l-illegalitajiet ħalli l-art tirritorna fl-istat oriġinali tagħha. Iżda kmieni l-Erbgħa, l-Awtorità daħlet biex tnaddaf il-materjal li kien fadal bi spejjeż kollha għal min kiser il-liġi.