L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permess sabiex jinbena torri fl-inħawi ta’ Ta’ Xbiex u l-Gżira. Is-sit li għandu kobor ta’ 839 metru kwadru se jkun għoli 15-il sular u se jkun fih, spazju għall-parkeġġ, uffiċċju fost oħrajn.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li 55% tal-pjan tal-art se jkun spazju miftuħ.
Il-Bord tal-awtorità impona dħul ta’ ftit aktar minn mija u għoxrin elf ewro li se jintuża għal żona urbani u titjib fil-proġetti f’din il-lokalità u €50,000 li se jkunu depożitati fil-fond artistiku li hu amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Dawn il-flus se jintużaw għal xogħlijiet kreattivi minn artisti Maltin għall-postijiet pubbliċi.