Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva b’mod unanimu investiment ta’ €40 miljun li se tagħmel il-kumpanija Farsons fl-Imrieħel.Il-proġett magħruf bħala Farsons Business Park se jikkonverti l-birrerija f’esperjenza ħolistika għall-viżitaturi li tinkludi stabbiliment tal-ikel.
Il-bord tad-diretturi tal-kumpanija ħabbru li l-park tan-negozju fl-Mrieħel se ikun jikkonsisti wkoll fuffiċini ta’ livell għoli u parkeġġ għal aktar minn 700 karozza.
Il-proġett ser jibda fl-2018 u mistenni jieħu sentejn biex jitlesta.