L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, waqfet b’mod immedjat ix-xogħlijiet li kien qed isiru fi Triq l-Iskola f’Ħal Qormi.
Dan intqal fi stqarrija mill-istess awtorità, fejn intqal li ilha ssegwi dan il-każ sa minn Diċembru li għadda. Intqal li l-BCA tinsab f’kuntatt kontinwu mal-persuna affettwata, offriet l-assistenza kollha neċessarja u kommessa li ssolvi din is-sitwazzjoni fl-iqsar żmien possibbli.
Din l-istqarrija temmet tgħid li l-awtorità tinsab ukoll f’kuntatt u qed tingħata assistenza mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA.
Intant, fi stqarrija separata, l-OHSA sostniet ukoll li hi ħadet azzjoni immedjata f’dan il-każ. Intqal li dan sar permezz ta’ spezzjoni fuq is-sit u skattat l-investigazzjonijiet tagħha wkoll.