L-awtorità l-ġdida għat-tibdil fil-klima se tisma’ lin-nies, waqt li żżid l-isforzi biex tilħaq il-miri.
Dan intqal mill-Kap Eżekuttiv tal-awtorità l-ġdida tal-Climate Action Authority, Abigail Cutajar, waqt il-bullettin prinċipali ta’ ONE News, fis-7:30pm.
Qalet li l-awtorità l-ġdida, li hi l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Unjoni Ewropea, se taħdem fuq tliet pillastri ewlenin, fost oħrajn: biex il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, li jkun hemm viżjoni li tħares fit-tul u li jkun hemm trażizzjoni ġusta.
AQRA AKTAR: