L-Awtorità Ewropea għall-Mediċini mistennija tiltaqa’ fil-21 ta’ Diċembru li ġej biex tapprova l-vaċċin għall-Covid-19.
Id-data ta’ din il-laqgħa importanti mxiet bi ftit aktar minn ġimgħa hekk kif l-esperti tal-awtorità kellhom jiltaqgħu fid-29 ta’ Diċembru.
Dan ifisser li qabel il-Milied, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkollhom vaċċin, u l-ewwel persuni, inkluż f’Malta jibdew jitlaqqmu lejn tas-sena u l-bidu tas-sena d-dieħla.
Pajjiżna diġà għandu assigurazzjoni li jkollu biżżejjed dożi biex jitlaqqam il-poplu kollu.
Dan apparti li l-awtoritajiet tas-saħħa ħasbu f’imħażen apposta biex jinħażen il-vaċċin f’temperaturi apposta.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/12/15/ara-lid-dpm-jispjega-l-ammont-ta-dozi-assigurati-ghal-malta-hekk-kif-il-vaccin-ghall-covid-19-mistenni-jasal-fil-milied/