L-Awstrijakki qed jivvutaw f’elezzjoni ġenerali, fejn il-kandidat li jinsab fuq quddiem huwa l-mexxej tal-Partit tal-Poplu Sebastian Kurz, li għandu wieħed u tletin sena.
Skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika, għat-tieni post il-ġlieda qiegħda bejn il-Partit tal-Ħelsien u d-Demokratiċi Soċjali.
Dawn tal-aħħar mexxew il-koalizzjoni li ġiet fi tmiemha flimkien mal-Partit tal-Poplu.
L-immigrazzjoni kienet kwistjoni dominanti fil-kampanja, u qed jingħad li l-Partit tal-Ħelsien għandu l-aqwa ċans wara diversi snin li jirritorna fil-gvern.