L-Awstrija poġġiet lil dawk li mhumiex imlaqqma kompletament kontra l-COVID-19 f’lockdown.
Madwar żewġ miljun ruħ huma affettwati minn din id-deċiżjoni hekk kif l-Awstrija qed tara żieda qawwija fil-każijiet.
Il-Kanċillier Awstrijak Alexander Schallenberg qal li din id-deċiżjoni ma kinitx waħda faċli, iżda hija meħtieġa.
Fil-fatt, nies mhux imlaqqma se jitħallew joħorġu mid-dar biss biex imorru għax-xogħol jew għal xiri ta’ bżonnijiet bażiċi bħal ikel.
L-Awstrija għandha 65% tal-popolazzjoni li hija kompletament imlaqqma kontra l-COVID-19, waħda mill-inqas rati fost il-pajjiżi fil-Punent tal-Ewropa. B’mod ġenerali, l-Ewropa reġgħet saret l-aktar kontinent milqut mill-pandemija, fejn saħansitra bosta pajjiżi qed jintroduċu miżuri restrittivi filwaqt li qed iwissu dwar żieda fil-każijiet.