L-Awstrija rebħet il-Eurovision Song Contest 2025 bil-kanzunetta “Wasted Love” fi prestazzjoni mill-aqwa f’Basel bil-kanzunetta kantata minn JJ. Din hija t-tielet darba li l-Awstrija rebħet il-Eurovision.
Intant fit-tieni post insibu lil Iżrael bil-kanzunetta “A New Day Will Rise”, liema sehem kisbet ftit kontroversja. Dan filwaqt li fit-tielet post insibu lill-Estonja bil-kanzunetta “Espresso Macchiato.”
Malta kklassifikat fis-17-il post fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta “Serving” kantata minn Miriana Conte.
Wara l-prestazzjoni mill-aqwa li ngħatat minn Conte, il-kanzunetta kisbet tmien punti biss mill-voti tal-pubbliku – riżultat li ma kienx mistenni.
Minkejja dan ir-riżultat, bosta kitbu fuq il-midja soċjali li dan ir-riżultat ma kienx wieħed xieraq u li Malta kien ħaqqha ferm aħjar fejn faħħru ferm il-prestazzjoni li tat Conte.
Ritratt: Eurovision Song Contest