Il-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-velu li jgħatti l-wiċċ kollu f’postijiet pubbliċi issa daħlet fis-seħħ fl-Awstrija.
Il-Gvern qal li fil-waqt li l-liġi tgħid li l-wicc irid ikun jidher minn fejn jibda x-xagħar sal-geddum, din il-liġi daħlet fis-seħħ biex tipproteġġi l-valuri Awstrijakki.
Din il-leġiżlaturi daħlet fis-seħħ hekk kif iktar tard dan ix-xahar se tkun qed issir l-elezzjoni ġenerali.
Gruppi Musulmani kkundannaw din il-liġi fejn qalu li huwa biss grupp żgħir mill-Musulmani li jgħixu l-Awstrija li jilbsu dan it-tip ta’ velu.