L-Awstrija reġgħet lura f’lockdown totali hekk kif bosta qed jipprotestaw madwar l-Ewropa kontra ż-żieda tar-restrizzjonijiet b’rabta mal-Covid-19.
Minn nofsillejl, l-Awstrijakki ntalbu biex jaħdmu mid-dar filwaqt li ħwienet li mhux essenzjali kellhom jagħlqu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif filwaqt li l-Ġermanja u r-Renju Unit qed jirreġistraw l-ogħla żieda ta’ każijiet kull jum li jgħaddi, l-Awstrija u l-Olanda qed jesperjenzaw aktar riżultati pożittivi meta mqabbel mal-proporzjon tal-popolazzjoni.
Restrizzjonijiet ġodda qajmu protesti madwar l-Ewropa fejn fl-Olanda u fil-Belġju bosta persuna ħaduha kontra l-Pulizija, b’din tal-aħħar kellha tispara l-gass tad-dmugħ.
Ritratt: Sky News