L-Awstralja saret is-26 Nazzjon minn madwar id-dinja li se tkun qed tillegaliżża ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Mit-12.7 miljun votant kien hemm turnout ta’ 80%. 61.6% vvutaw favur dan id-dritt ċivili filwaqt li 38.4% opponewh.
F’attivita li ġiet organiżżata wara li ħareġ ir-riżultat il-viċi chairperson tal-kampanja favur l-ugwaljanza sostna mal-meżżi tax-xandir internazzjonali li din kienet rebħa kbira favur l-imħabba. Filwaqt li eluf kbar ta’ nies ħonqu pjazzez u spazji oħra sabiex jiċċelebraw din il-kisba.