Mill-ġimgħa d-dieħla u wara aktar minn sena u nofs, iċ-ċittadini Awstraljani se jkunu jistgħu jsiefru mingħajr il-bżonn ta’ permess.
L-Awstraljani ilhom dsatax-il xahar marbuta b’fost l-aktar miżuri stretti b’rabta mal-ivvjaġġar fid-dinja minħabba l-pandemija.
Mill-ewwel ta’ Novembru, mhux se jibqa’ l-bżonn ta’ permess speċjali biex isiefru, sakemm ikunu mlaqqma kompletament.
Sa issa huma l-Awstraljani biss li se jgawdu minn dan ir-rilaxx ta’ miżuri, imma dalwaqt mistennija jiġu rilaxxati xi regoli wkoll li jikkonċernaw barranin li jixtiequ jidħlu l-Awstralja.
Il-Gvern Awstraljan qal li qed jantiċipa li sal-aħħar tas-sena, l-Awstralja tibda tilqa’ ħaddiema u studenti internazzjonali li jkunu mlaqqma kompletament.