L-Awstralja, fost l-aktar pajjiżi li tiġi kkritikata minħabba t-tniġġis fl-arja, wegħdet li se tkun qed iġġib fix-xejn it-tniġġis tal-arja mill-emissjonijiet tal-karbonju sal-2050, però m’għandhiex il-pjan li tnaqqas it-tniġġis b’mod drastiku sal-2030.
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-Awstralja għandha l-pjan li tnaqqas l-emissjonijiet, iżda dan il-pjan ma jinkludix it-tmiem tas-settur tal-fjuwils l-aktar li jniġġsu.
Huwa għamel dawn ir-rimarki ftit tal-jiem qabel ma jitlaqqa’ s-summit COP26 fi Glasgow l-Iskozja, biex jiġu stabbiliti miri ambizzjużi għat-tibdil fil-klima.