L-Awtoritajiet Awstraljani rrevokaw il-viża tal-plejer numru wieħed tat-tennis Novak Djokovic wara li daħal fil-pajjiż mhux imlaqqam kontra l-Covid-19.
Fil-ġimgħat li għaddew l-istilla numru wieħed tat-tennis kien ikkummenta kontra mandati mandatorji tal-vaċċin tal-Covid-19.
Il-wasla tiegħu fl-Awstralja qajmet għagħa fost il-poplu Awstraljan li qed isegwi fost l-aktar regoli stretti kontra l-imxija madwar id-dinja.
Huwa kien mistenni jikkompeti fl-Australian Open.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li l-Awtoritajiet Awstraljani qed iħejju biex jiddeportaw lit-tennista, bi Djokovic mistenni jappella minn din id-deċiżjoni.
Ritratt: SkySports