L-awtoritajiet Awstraljani qalu li qed jinvestigaw attentat ta’ hacking fin-netwerk tal-kompjuters tal-Parlament.
Ingħad li sa issa m’hemmx evidenza li ġiet aċċessata jew insterqet xi informazzjoni, iżda l-passwords kollha tal-politiċi nbidlu bħala prekawzjoni.
Esperti tas-sigurtà qalu li x’aktarx dan l-attentat sar minn pajjiż barra mill-Awstralja.
Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern Awstraljan affaċċja attakki elettroniċi fl-aħħar snin, b’uħud minnhom saru minn pajjiżi bħaċ-Ċina.