Bħalissa l-Awstralja tinsab fi proċess biex tagħżel il-Prim Ministru tagħha.
Fil-fatt miljuni ta’ Awstraljani ħarġu jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fil-jum tas-Sibt wara l-aħħar elezzjoni li seħħet fl-2019.
Il-kandidati ewlenin f’din l-elezzjoni huma l-Prim Ministru Scott Morrison u l-politiku veteran u Kap tal-Oppożizzjoni, Anthony Albanese.
Żewġ kwistjonijiet importanti għall-votanti tal-elezzjoni huma l-għoli tal-ħajja u t-tibdil fil-klima.
Minkejja kollox, din l-elezzjoni qiegħda titqies bħala waħda li tixbah aktar lil referendum mibni fuq il-karattri ta’ dawn il-mexxejja.
Stħarriġiet tal-opinjoni pubblika wrew li l-Partit Laburista Awstraljan ser ikun qed jirbaħ din l-elezzjoni iżda dawn it-tip ta’ studji fl-aħħar elezzjoni Awstraljana kienu żbaljati għall-aħħar.