Ċiklun b’saħħtu li laħaq irwiefen ta’ 263 kilometru fis-siegha laqat lill-kosta ta’ Queensland fl-Awstralja. Aktar minn 25,000 persuna kienu mħeġġa jevakwaw kawża taċ-ċiklun Debbie.
Iċ-ċiklun ta’ kategorija erbgħa diġa ħalla minn tal-inqas 23,000 dar mingħajr dawl u kkawża wkoll ħsarat fil-gżejjer popolari ta’ Whitsunday.
Dan iċ-ċiklun mistenni jkun l-aktar wieħed li jikkawża ħsarat fi Queensland mill-2011 ‘il hawn. Sadanittant, il-Prim Ministru Federali Malcolm Turnbull wiegħed li l-qawwa tad-difiża se tkun lesta biex tgħin f’dan il-każ ta’ emerġenza kkawżat mill-qawwa tan-natura.
https://www.youtube.com/watch?v=__4G5AHbmJ8