L-Awstralja se tnaqqas bin-nofs in-numru ta’ titjiriet lejn il-pajjiż hekk kif bħalissa nofs il-popolazzjoni Awstraljana tinsab f’lockdown wara li żdiedu l-infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Awstralja.
Min-nofs dan ix-xahar l-Awstralja se tibda taċċetta biss id-dħul ta’ ftit aktar minn 3,000 persuna kull ġimgħa, bil-maġġoranza jkunu ċittadini Awstraljani jew persuni b’permess li jidħlu fil-pajjiż.
Din il-miżura mistennija tibqa’ fis-seħħ sas-sena d-dieħla.