Pedofeli li nstabu ħatja mhux se jkunu qed jingħataw passaport fl-Awstralja dan taħt l-ewwel pjan dinji li qed jiġi pproponut mill-Gvern Awstraljan.
Din il-proposta, li se tkun introdotta fil-parlament, se tkun qed tipprojbicci pedofeli li huma mniżżla fir-reġistru milli jsiefru f’pajjiżi oħra.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Michael Keenan qal li din il-proposta se tkun qed taffettwa madwar 20,000 persuna jekk tidħol fis-seħħ.
L-istess persuni se jkunu jistgħu japplikaw għall-passaport dejjem jekk ma jkunux għadhom imniżżlin fuq ir-reġistru ta’ persuni li huma meqjusa bħala “sex offenders.”