Il-Gvern Awstraljan għadda l-ewwel liġi tax-xorta tagħha fid-dinja li se ċċaħħad lil żgħażagħ taħt is-sittax-il sena milli jużaw il-midja soċjali.
Il-liġi, li mistennija tidħol fis-seħħ minn Novembru tas-sena d-dieħla, taffettwa l-użu ta’ pjattaformi kbar tal-midja soċjali bħal TikTok, Instagram, Snapchat u X.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-liġi timponi li dawn il-pjattaformi jridu jkunu ċerti mill-età ta’ min qed juża s-servizzi tagħhom u, kemm-il darba ma jimxux ma’ dan, jistgħu jiffaċċjaw multi li jlaħħqu l-50 miljun dollaru awstraljan, ekwivalenti għal madwar €31 miljun.
Il-Prim Ministru tal-Awstralja, Anthony Albanese, spjega kif il-gvern tiegħu se jkun ukoll qed jipprova teknoloġija ta’ verifikazzjoni tal-età qabel ma tidħol fis-seħħ il-liġi.