Il-belt Awstraljana Sydney daħlet f’lockdown ta’ ġimagħtejn wara żieda fin-numru ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19.
Il-Ġimgħa, xi żoni tal-belt kienu diġà ddaħħlu f’lockdown ta’ ġimgħa, madanakollu l-lockdown ġie estiż għall-belt kollha kif ukoll fiż-żoni tal-viċinanzi. Il-lockdown se jibqa’ fis-seħħ għal ġimagħtejn.
Intant, illum New Zealand waqqfet b’mod temporanju l-ivvjaġġar mingħajr il-bżonn ta’ kwarantina għal dawk kollha li jaslu mill-Awstralja kollha.