L-Awstralja qed tesperjenza mewġa ta’ sħana inkredibbli. Fil-fatt, ġie osservat li kellha l-għaxar l-iktar ġranet sħan f’dawn l-aħħar jiem.
Il-mewġa ta’ sħana estrema ilha taffettwa lin-nazzjon mis-Sibt li għadda. Sfortunatament, bosta annimali selvaġġi mietu kaġun tan-nirien li kien hemm. Barra minn dan, kien hemm żieda ta’ nies li ddaħħlu l-isptar.
Skont l-Uffiċċju Metereoloġiku Awstraljan t-temperaturi ta’ kuljum kienu ta’ 40 grad Celsius.
Partijiet tal-Punent tal-Awstralja se jesperjenzaw temperaturi ta’ 14-il grad għola min-normal.
S’issa l-iktar ġurnata sħuna fl-Awstralja kienet dik tas-7 ta’ Jannar tal-2013, meta t-temperatura massima kienet ta’ 40.3 grad celsius.