Jekk, sa ftit għexieren ta’ snin ilu, l-Awstralja kienet il-post ideali għal min kien qed ifittex impjieg garantit lil hinn minn art twelidu, kif anke esperjenzaw eluf ta’ Maltin, jidher li m’għadux il-każ illum il-ġurnata.
Dan hekk kif jirriżulta li l-Awstraljani qed jiffaċċjaw perjodu iebes ta’ nuqqas ta’ mpjiegi, bl-aħħar statistika uffiċjali tindika li persuni jirreġistraw għax-xogħol żdiedu b’44% fl-aħħar sena.
Fl-istess ħin, il-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda naqas b’5.4% u postijiet vakati għand l-aġenziji tax-xogħol niżlu b’5.6%.
Ma’ dan, l-Australian Bureau of Statistics jirrapporta li l-impjiegi temporanji, inkluż dawk b’kuntratti definiti, kienu jgħoddu għal 80% tal-postijiet tax-xogħol fl-2024.
L-impjiegi fissi jew permanenti komplew jonqsu biex issa jlaħħqu għal 20% biss.