Fl-Awstralja, Anthony Albanese ġie elett bħala Prim Ministru ġdid.
Albanese li huwa wieħed mill-aktar politiċi veterani fix-xena politika, wassal lill-Partit Laburista Awstraljan għall-ewwel rebħa tiegħu fi kważi għaxar snin.
Hu jsostni li wasal iż-żmien li l-Parlament Awstraljan jirrifletti lill-Awstralja moderna. Albanese rnexxielu jibni reputazzjoni bħala difensur tas-sistema tas-saħħa u tal-komunità LGBTIQ+.
Albanese wassal messaġġ ta’ ottimiżmu u stqarr kif ser jaħdem biex jgħaqqad lill-Awstraljani flimkien.
Il-Prim Ministru Scott Morrison kkonċeda għat-telfa u awgura lil Anthony Albanese għar-rebħa elettorali tiegħu.
Fid-diskors tiegħu Morrison qas li ser ikun qed jirreżenja minn mexxej tal-Partit Liberali u rringrazzja lill-poplu Awstraljan li kien reżiljenti fid-dawl ta’ diversi sfidi.