L-awtoritajiet Awstraljani ordnaw li tinfetaħ investigazzjoni wara s-sejba ta’ labar moħbija fil-frawli, dan fid-dawl ta’ biża’ li nfirxet madwar il-pajjiż. S’issa kien hemm sitt rapporti dwar frawli kkontaminat f’sitt żoni differenti. B’rabta ma’ dan il-każ ittieħed raġel l-isptar wara li kien frawla li kellha labra fiha.
Huma bosta ditti li ntalbu jiġbru xogħlhom, filwaqt li l-akbar ħwienet tal-merċa fi New Zealand mhux qed ibiegħu frawli mill-Awstralja bħala prekwazzjoni.
Il-Ministru Awstraljan għas-Saħħa Greg Hunt ordna lill-Awtoritajiet biex jinvestigaw dan il-każ, każ li qed jissejjaħ “att krudili”.