Il-Prim Minstru Awstraljan Scott Morrison ta apoloġija Nazzjonali lill-vittmi ta’ abbuż sesswali meta kienu għadhom tfal. Mijiet ta’ persuni nġabru f’Canberra biex jisimgħu l-indirizz emozzjonanti ta’ Morrison fil-Parlament.
L-iskuża tal- Prim Ministru Morrison ġiet wara inkjesta ta’ madwar ħames snin, li sabet li għexieren ta’ eluf ta’ tfal sofrew abbuż sesswali fi ħdan l-istituzzjonijiet Awstraljani fl-aħħar snin.
“Illum qed nisimgħu il-karba ta’ dawn it-tfal wara dawn is-snin, u nitolbuhom jaħfrulna”, qal Morrison.
L-inkjesta tlestiet f’Diċembru li għadda wara iktar minn 8,000 xhieda minn vittmi ta’ abbuż fi skejjel, fil-Knisja, jew għaqdiet sportivi.