Sudaniż ta’ 40 sena, li joqgħod Raħal Ġdid ġie mixli li offenda l-pudur f’post pubbliku billi espona ruħu fuq il-vjaġġ tal-karozza tal-linja mix-Xgħajra sa Pembroke.Il-Kaz seħħ l-Erbgħa filgħaxija.
Madankollu, is-Sudaniż qal li huwa ma esponiex ruħu intenzjonalment iżda għax ibati minn kundizzjoni li twasslu biex ma jkunx jista’ jżomm l-awrina. Din il-kundizzjoni kienet ikkawżata minn inċident li seħħ f’pajjiżu diversi snin ilu meta ntlaqat minn tir u kawża ta’ hekk għandu wkoll partijiet minn ġismu paralizzati .
Il-Qorti lliberat lis-Sudaniż bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena, apparti li mmultatu s-somma ta’ €50.