L-Awidtur Ġenerali se jkun l-ewwel xhud quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li f’Ottubru li ġej se jibda jagħrbel l-investigazzjoni li għamel l-uffiċċju tiegħu dwar it-trasferiment ta’ art fi Spinola f’San Ġiljan taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.
L-investigazzjoni sabet li l-proprjetà tal-Gvern li kienet tiswa’ ftit anqas minn żewġ miljun u nofs ewro inbiegħet għal ftit aktar minn ħames mitt elef ewro.
Fl-ewwel seduta li saret dalgħodu tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi li għandu bħala chairperson lill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, l-Avukat u d-deputat Robert Abela, elenka bosta fatti tal-każ fosthom li l-iżvluppaturi mhux talli tħallew jużaw l-art abbużivament, iżda ngħataw skont qawwi fuq il-valur oriġinali tal-art.
Qal li dan kollu sar bl-approvazzjoni ta’ Jason Azzopardi li dak iż-żmien kien ministru tal-artijiet.
Huwa żied jgħid l-art mhux talli tħalliet u nxtart mill-istess sidien li abbużaw minnha, iżda ix-xiri sar mingħajr sejħa għall-offerti u ingħatatilhom konċessjoni biex is-somma baxxa li biha xtraw l-art titħallas f’ħames snin
Dr Abela fakkar kif fl-2003, il-Kummissarju tal-Artijiet fetaħ kawża kontra is-sidien tal-propjetà wara li bnew b’mod abbuziv appartamenti fuq ix-xatt ta’ Spinola, bil-qorti tordnalhom jirrestawraw ix-xatt għall-istat oriġinali billi jwaqqgħu l-bini abbużiv. Deċiżjoni li kienet ikkonfermata wkoll fl-appell fl-2009.
Minkejja din id-deċiżjoni, il-Kummissarju tal-Artijiet pogga l-art ta’ fuq ix-xatt għall-bejgh b’tender. Dan wassal biex il-kuntratturi li abbużaw il-liġi setgħu jixtru l-bini abbużiv stess minkejja li skont il-qorti din kellha titwaqqa’.
Qal li minkejja li l-istima inizjali tal-Perit tal-Gvern kienet ta’ €950,000, l-unika offerta li saret kienet mill-kumpanija li abbużat, u li offriet biss somma redikola ta’ ftit aktar minn mija u tnejn u disgħin elf ewro.
L-Avukat Abela fakkar li d-dipartimentghamel kumitat magħmul mill-perit li ħareġ l-istima inizjali u rappreżentati tal-kumpanija, biex fl-2011, iddecieda li l-prezz jitnaqqas b’€400,000.
Semma kif Iman Schembri, dak iż-żmien direttur tad-diviżjon
Qal li Schembri ta zewg għażliet lil Azzopardi jew jerga’ joħroġ it-tender għal €525,000, jew inkella l-art tingħata b’ċens perpetwu għall-prezz ta’ €15,600 fis-sena, b’din tal-aħħar tkun ir-rakkomandazzjoni tiegħu. Madankollu fi Frar tal-2012, għal xi raġuni Azzopardi ngħatat l-parit li jmur għall-ewwel għażla li awtorizzaha mill-ewwel.
Dr Abela qal li hawnhekk id-direttur tad-diviżjoni tal-proprjeta offra lill-kumpa