L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali irrimarka li rapporti fil-midja dwar il-proċess ta’ verifika li sar fuq l-operat tal-ARMS huma bbażati fuq kontenut f’rapport li għadu fi stadju t’abbozz u li għadu fil-proċess li jiġi aġġornat.
Saħansitra anki l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel konferenza tal-aħbarijiet fuq xi ħaġa li għadha mhiex finali u l-Awditur Ġenerali kkonferma li r-rapport dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għadu mhux finali.
L-Awditur għamilha ċara li rapporti fil-midja dwar kontenut li għadu mhux imniżżel fir-rapport finali tal-Awditur dwar l-ARMS mhuwiex il-pożizzjoni uffiċjali tal-istess Awditur Ġenerali.