Fl-2015, meta l-Awditur Ġenerali għamel l-ewwel rapport tiegħu, kien hemm tlieta u tmenin ċentru tal-ħarsien tat-tfal jipparteċipaw fl-iskema tal-Gvern taċ-childcare b’xejn.
Din is-sena dawn telgħu għal 136, bit-tfal li jattendu irdoppjaw minn 2,700 tifel u tifla, għal 6,300 tifel u tifla li qed jgawdu minn child care b’xejn. Liema programm il-Gvern investa mal-€20 miljun fis-sena.
Fir-rapport tiegħu għal din is-sena, l-Awditur Ġenerali qal li dawn iċ-ċifri joħorġu biċ-ċar li ċ-ċentri qed iżommu b’mod rigoruż mar-regoli dwar kemm kull ċentru jakkomoda tfal.
Fl-2018 kien hemm 126 żjara tant li sal-bidu ta’ l-2019 kull ċentru kellu minn tal-inqas żjara li assigurat li jinżamm il-livell meħtieġ.
Illum il-ġurnata ċ-ċentri jkunu mħarrsa mil-qrib mill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, li anki jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post meta l-affarijiet ma jkunux qed isiru kif suppost jew meta jkun hemm suspett.
L-Awditur Ġenerali tenna li jinsab sodisfatt li teżisti sistema onlajn biex tiffaċilita’ l-proċess ta’ l-applikazzjonijiet.
Apparti dan kollu jingħata wkoll 10% bonus għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u 20 siegħa ta’ vjaġġar minn u lejn ix-xogħol. Sas-sena l-oħra l-assenteiżmu sewa lill-Gvern €5 miljun u huwa meta wieħed ifalli iktar minn 25%, li jintalab iħallas għan-nuqqas ta’ attendenza minkejja li jkun ibbukkja.