L-avukati tan-negozjant Yorgen Fenech, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca mistennija jitressqu l-Qorti fuq allegat każ ta’ tixħim.
L-akkużi ħarġu wara li l-avukati ammettew li offrew il-flus lill-ġurnalist Ivan Martin wara laqgħa dwar Yorgen Fenech.
Intqal li Martin kien irrifjuta ammont sostanzjali ta’ flus kontanti li offra Cuarana Curran biex allegatament jgħinu fir-rappurtaġġ fuq il-każ tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ritratt: Newsbook