L-avukati ta’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, qalu li kummenti tal-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jippreġudikaw ġuri ġust għall-klijent tagħhom.
Huma kienu qed jirreaġixxu għal intervista li Azzopardi ta lis-sit Lovin’ Malta.
Anke jekk bħala avukat suppost jaf sew il-proċeduri, hawn Azzopardi sostna li Yorgen Fenech talab għall-maħfra Presidenzjali minħabba li wettaq reat u li l-provi juru li kien il-moħħ wara dan il-qtil f’Ottubru tal-2017.
Skont l-avukati ta’ Fenech, dak li qal Azzopardi mhuwiex minnu u anzi jikkontradixxu l-fatti, iżda minbarra hekk qed jippreġudika l-każ kollu kemm hu, ladarba tali dikjarazzjonijiet qed jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika.