L-Avukati tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, talbu biex jiġu esebiti l-laptops u l-hard drives ta’ Caruana Galizia, fejn qalu li fihom hemm evidenza importanti li tipprova l-innoċenza ta’ Fenech billi tikkontradixxi l-evidenza ta’ Melvin Theuma.
Fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, stqarrew li Theuma kien sostna li Fenech kien ġiegħlu isib lil xi ħadd biex joqtol lil Caruana Galizia għax kienet se tippubblika storja dwar zijuh.
It-talba, li kienet iffirmata mill-Avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca, argumentat li l-Pulizija kellha l-obbligu li tiġbor u tippreserva l-provi kollha relatati mal-qtil, kemm favur kif ukoll kontra l-akkużat.