L-avukati ta’ Djokovic mistennija jappellaw it-tieni revokazzjoni tal-viża tat-tennista fil-Qorti Federali, l-istess bħalma għamlu bl-ewwel waħda.
Dan wara li dalgħodu l-viża ta’ Novak Djokovic ġiet revokata mill-Ministeru għall-Immigrazzjoni Awstraljan, fuq il-bażi li t-tennista mhux imlaqqam kontra l-Covid-19 u għalhekk jista’ jpoġġi f’riskju l-komunità.
Fil-fatt, f’dikjarazzjoni, il-Ministru Alex Hawke qal li llum eżerċita s-setgħa tiegħu, li jagħtih l-Att dwar l-Immigrazzjoni, biex ikkanċella l-viża tas-Serb għal raġunijiet ta’ saħħa, fuq bażi li kien fl-interess tal-pubbliku li jagħmel dan.
Kompla jgħid li l-gvern huwa impenjat li jipproteġi l-fruntieri Awstraljani, partikolarment fir-rigward tal-pandemija tal-Covid-19.
B’din id-deċiżjoni, it-tennista numru wieħed ma jkunx jista’ jikseb viża biex jidħol fl-Awstralja għal perjodu ta’ tliet snin, ħlief f’ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw l-interess Awstraljan.
AQRA WKOLL: