Fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat ingħatat l-aħħar tislima lill-Avukat Karl Muscat.
Waqt il-funeral ma kienx hemm fejn toqgħod labra, fil-preżenza ta’ bosta kollegi, ħbieb u qraba.
Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata minn Patri Paul Attard.
Fl-omelija, Patri Attard sostna li l-Avukat Muscat kien iħobb lil qrabatu u kellu wkoll imħabba kbira lejn l-annimali.
Muscat ta’ tlieta u erbgħin sena, kien Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u nstab mejjet f’daru fi Triq is-Sirk fis-Swieqi, fit-tlieta ta’ Awwissu li għadda waranofsinhar.
Wara li saret l-awtopsja ħareġ li l-Avukat Karl Muscat miet kawża ta’ kollass tal-qalb.
L-Avukat Muscat kien Kunsillier fil-lokalità tar-Rabat.