L-Avukat Ġenerali Peter Grech iffirma memorandum of understanding mal-Avukat Ġenerali tal-Palestina Ahmad Barak, għal koperazzjoni bejn iż-żewġ uffiċċji tal-Avukati Ġenerali fil-ġlieda kontra l-kriminalità.L-iffirmar tal-ftehim, li ilu jiġi diskuss, sar illum f’Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, fejn iż-żewġ Avukati Ġenerali qed jipparteċipaw fil-laqgħa annwali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Prosekuturi.