Waqt laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi spikkaw it-trikki trakki bejn id-deputati tal-Partit Nazzjonalista u l-Avukat tas-Sur Paul Apap bologna meta kien qed jiġi diskuss il-kuntratt tal-Electrogas.
Dan primarjmanet minħabba n-natura li biha bdew isiru l-mistoqsijiet lix-xhud mill-membri tal-Oppożizzjoni fosthom id-Deputati Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina. L-Avukat Giannella de Marco spiċċat talbet lil Fenech Adami għall-protezzjoni.
Tul il-laqgħa l-battibekk bejn id-deputat Karol Aquilina u oħt id-deputat Nazzjonalista Mario Demarco kompla jisħon.
F’mument minnhom lil dik li kienet tkun bilqiegħda koxxa ma koxxa miegħu fid-diskorsi tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qalilha li mhux ser jiddibatti magħha.
Kien innutat minn membri tal-kumitat kif it-tentattiv sabiex ix-xhud ikun intimidat komplew jitqawwew tul il-laqgħa tant li Beppe Fenech Adami spiċċa implika lix-xhud fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.