L-Avukat Arthur Azzopardi ngħata l-police bail wara li ġie arrestat u mistoqsi mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar kuntrabandu ta’ fjuwil u kif ukoll ħasil ta’ flus.
Azzopardi ġie arrestat wara operazzjoni kbira mill-Pulizija ta’ kontra l-kuntrabandu, fejn flimkien miegħu ġew arrestati żewġ eks futbolers mat-tim nazzjonali, liema persuni kellhom divjet fuq isimhom mill-Qorti.
Wieħed miż-żewġt irġiel kien klijent ta’ Azzopardi b’rapporti antiki wrew kif ġie trasferit ammont ta’ flus permezz ta’ kont bankarju miftuħ mal-bank, Satabank