Il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, iddikkjarat li l-Università Amerikana f’Malt ma kisret l-ebda kundizzjoni li tista’ tiġġustfika t-tneħħija tal-liċenzja tagħha.
L-NCFHE, kummissjoni indipendenti u awtonoma ddikjarat li fl-applikazzjoni tagħha biex tingħta liċenzja ta’ Università, l-AUM għamlitha minn dejjem ċara li l-għadd ta’ studenti u akkademiċi se jiżdiedu b’mod gradwali matul is-snin. Qalet li l-AUM ilha topera biss minn Settembru li għadda. L-NCFHE iddikjarat ukoll li l-AUM issottomettiet is-CVs tal-istaff akkademiku l-ġdid u l-Kummissjoni kienet sodisfatta bil-kalibru tal-lecturers li tqabbdu jaħdmu f’din l-università.