L-attur Amerikan Bill Cosby għadu kif ġie kkundannat massimu ta’ 10 snin ħabs fuq akkużi ta’ abbuż sesswali. Cosby, li għandu 81 sena, kien ordnat biex jieħu wkoll kura psikoloġika għall-kumplament ta’ ħajtu.
Lura f’April, Cosby instab ħati ta’ tliet akkużi differenti ta’ abbuż sesswali, fosthom li kkorompa lil Andrea Constand fl-2004. Il-Qorti għadha sa issa tinnota kif l-aġir tal-attur kellu konsegwenzi koroh fuq it-tfajla.
Cosby kien iddikkjarat ħati ta’ dawn l-akkużi kollha minkejja argument mid-difiża li l-attur m’għandux jitqies bħala theddida minħabba li hu għami.