Twaqqaf il-ġuri kontra l-attur Alec Baldwin wara li l-Imħallef sab li l-Prosekuzzjoni żammet milli tippreżenta ċertu evidenza fil-każ.
Baldwin kien qed jiġi mixli bi qtil involuntarju fl-2021 wara li waqt il-ġbid tal-film Rust, spara arma tan-nar u qatel attur ieħor fil-ġbid tal-film.
L-attur kien dejjem sostna li ma kienx jaf li l-arma kienet ikkargata, madanakollu l-awtoritajiet Amerikani xorta xlewh b’dan.
Din kienet it-tieni darba li l-ġuri fil-konfront ta’ Baldwin twaqqa’ u issa mhux se jerġa’ jiġi akkużat.
F’dan il-każ kienet instabet ħatja persuna li kienet responsabbli mill-armi fuq is-sett tal-film u ġiet ikkundata 18-il xahar ħabs.