L-attriċi ta’ fama mondjali Jennifer Lawrence se tiżżewweġ lil Cooke Maroney.
Ir-rappreżentant tal-attriċi ta’ 28 sena – li isimha huwa sinonimu mas-serje ta’ films Hunger Games, ikkonferma l-għerusija tagħha wara spekulazzjonijiet li ħarġu fil-midja.
Dan meta l-attriċi dehret f’ritratti ma’ Maroney fi New York b’ċurkett f’idejha.
Lawrence hija waħda mill-aktar atturi mħallsa fid-dinja, u rebħet premju tal-Oscar tal-aqwa attriċi għall-parti tagħha fil-film “Silver Lining Playbook” tal-2012.
Id-data tat-tieġ għadha mhix magħrufa.
Kienet il-ħabiba tal-attriċi, Laura Simpson, li laqqgħet lil Lawrence ma’ Maroney is-sena li għaddiet.