L-Assoċjazzjoni tal-Operaturi tat-Tratturi u Karrijiet (ATTO) żvelat il-logo ġdida tagħha, li jimmarka approċċ ġdid u li jħares ‘il quddiem.
Dan anke hekk kif qed tħejji ruħha biex tindirizza l-isfidi urġenti fis-settur tat-trasport u l-loġistika. Dawn jinkludu regolamenti tal-Unjoni Ewropea, il-probelama ta’ nuqqas ta’ sewwieqa, infrastruttura inadegwata, u l-ispejjeż sproporzjonati li jaffettwaw l-ekonomiji tal-gżejjer.
L-ATTO ħabbret ukoll li se itella l-ewwel konferenza internazzjonali tagħha dwar it-trasport u l-loġistika.
Din il-konferenza se jġib flimkien lpartijiet ewlenin tal-industrija biex jiddiskutu kwistjonijiet li jaffettwaw is-settur.
Joseph Bugeja, iċ-Charman tal-ATTO, enfasizza l-importanza tal-industrija, għall-ekonomija ta’ Malta, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi eżistenti.