Ilbieraħ ġiet fi tmiemha l-attività ‘Jump for Life’, inizjattiva tal-organizzazzjoni OASI bil-għan li tgħin individwi li qed ibatu minn xi vizzju.
Din l-inizjattiva kienet tinvolvi bosta attivitajiet, fosthom mixja sal-irdum ta’ Sanap u dawra bil-kayak mal-veduti mill-isbaħ tal-gżira Għawdxija. Mument li spikka tul din l-attività kien meta 26 parteċipant qabżu fil-baħar kiesaħ biex jirrappreżentaw l-ewwel il-pass li għandhom biex jegħlbu l-vizzju.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din l-inizjattiva ġiet organizzata bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex.
