L-attività ‘A Night at the Palace’ li saret ilbieraħ fil-Palazz tal-Girgenti kienet attività kulturali bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u li saret bi skop li jinġabru fondi għal kawża ġusta.
Dan intqal fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b’referenza għal rapporti li dehru dwar din l-attività.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li din ma kinitx l-ewwel darba li ġie organizzat dan il-kunċert u d-data tiegħu kienet ilha skedata diversi xhur u mħabbra iktar kmieni dan ix-xahar.
Il-pubbliku seta’ jattendi għal din l-attività mingħajr ħlas u minflok seta’ jagħti donazzjoni b’risq l-għaqdiet li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali.