Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, ċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti kien għadu qed jimtela u fis-silenzju. Issa l-aġenti tal-partiti qed iniżżlu fuq iċ-ċhit tagħhom l-ewwel kampjuni minn wara l-perspex. Iċ-ċhits diġà jidhru li qed jimtlew sew. Wieħed jista’ jibda jieħu indikazzjoni ukoll tal-kandidati li l-aktar ġabu voti mill-garżelli.
Ma kull sekonda l-eċitament qed jiżdied u l-moviment hekk kif kulħadd qed isegqi b’reqqa dan il-proċess li bħalissa laħaq l-aqwa tiegħu hekk kif ikollna l-ewwel indikazzjonijiet ta’ liema Partit se jkun fil-Gvern għal ħames snin li ġejjin.
Deċiżjoni li ħadtu intom, l-elettorat u li poġġejtu din id-deċiżjoni fuq il-polza tal-vot.
ONE.COM.MT se jibqa’ jaġġornakom tul dan il-proċess elettorali.