L-attività ekonomika f’Ġunju li għadda, kompliet taċċellera meta mqabbel ma’ xahar qabel, u hija ogħla mill-medja storika.
Dan ħareġ fl-aġġornament ekonomiku tal-Bank Ċentrali għal Lulju, ippubblikat illum.
Ħareġ li f’Mejju, il-produzzjoni industrijali żdiedet ukoll, filwaqt li anki l-kummerċ bl-imnut żdied b’rata akbar.
F’Mejju, il-Fond Konsolidat irreġistra surplus ogħla meta mqabbel ma’ sena qabel, hekk kif żdied id-dħul tal-Gvern.
Ir-rata ta’ inflazzjoni, f’Ġunju kienet ta’ sitta punt tnejn fil-mija, li hija inqas mir-rata li kienet xahar qabel.