L-attivista favur id-drittijiet tal-annimali, Alison Bezzina, inħatret bħala l-Kummissarju l-ġdid f’Malta għall-Ħarsien tal-Annimali.
Bezzina ħabbret li aċċettat dan l-irwol u se tkun qed tagħmel ħilitha f’dan l-irwol il-ġdid fejn se tkun qed tieħu post Dennis Montebello, li ġie appuntat fl-irwol sentejn ilu.
Il-Prim Ministru Robert Abela, fi tweet fuq Twitter, awgura lil Bezzina għal dan l-irwol fejn sostna kif m’għandu ebda dubju dwar il-ħidma li se tkun qed twettaq fejn se tkun qed tagħti mbuttatura ‘l quddiem il-ħarsien tal-annimali.